Fgura United F.C - Club Statement

Posted on Sunday 29th June 2008

Formazzjoni tal-Kumitat ghal l-istagun 2008/09
 
Waqt il-laqgha Generali Annwali tal-Club li nzammet fit-8 ta Gunju nhatar il-Kumitat ghal l-istagun 2008/09.
 
Lawrence Bugeja u Stefan Vella gew ikkonfermati bhala President u Segretarju rispettivament, waqt li Ian Formosa gie appuntat Kaxxier wara li Robert Tabone me regghax ikkontesta ghall-kumitat.
 
Il-membri l-ohra huma; Charlo Spearing (Vici President) li ha post John Pavia li ma regghax ikkontesta, Brian Calvagna (Asst. Segretarju), Stephen Plumpton (Asst. Kaxxier), John Livori, Noel Spearing u Brian Busuttil (Web Master).
 

Dr. Adrian Micallef u Dr. Etienne Grech gew ikkonfermati bhala t-tobba tal-Club.

Jigu updated ukoll l-istatistici ta stagun 2007/08 fuq il-websajt tal-klabb, ghafas hawn biex tarahom.